Lokali

Il-PN jifraħ lil Profs. David Attard

Il-Partit Nazzjonalista jifraħ lil Profs. David Attard li ġie elett mill-ġdid fit-tribunal prestiġġjuż u importanti magħruf bħala International Tribunal for the Law of the Sea.

Fi stqarrija maħruġa mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin u Ewropej f’Dinja mingħajr Fruntieri, Carmelo Mifsud Bonnici u mis-Segretarja Internazzjonali tal-PN, Roselyn Borg Knight tgħid li l-tiġdid għal din il-ħatra tkompli tagħmel ġieħ lil Profs. Attard li ismu huwa direttament assoċjat ma’ din il-parti tal-liġi tad-dritt pubbliku internazzjonali.

Din l-aħbar iżżid ukoll fl-istima ta’ pajjiżna fil-fora internazzjonali għax tixhed li ulied dawn l-gżejjer huma kapaċi jservu sew lill-komunità dinjija. Xhieda ċertament ukoll tal-imħabba u l-valur li nagħtu bħala stat sovran lil ibħra li għandna u fl-għarfien li għandna nipproteġuhom għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin warajna.