Coronavirus Lokali

Il-POU tappella għall-istess drittijiet bħall-frontliners l-oħrajn

Il-Police Officers Union (POU) qed tappella lill-Gvern biex jagħti l-istess drittijiet li jingħataw lil frontliners oħrajn. Għax din hi sitwazzjoni li għandha tiġi indirizzata mill-aktar fis.

Fuq Facebook, il-POU qalet li tinsab infurmata li jekk Pulizija jirriżulta pożittiv għall-Coronavirus, il-perjodu ta’ kwarantina qed jinqata’ mis-sick leave tal-Uffiċjal minflok ma jinqeleb fuq leave għall-kwarantina.

Il-Union qalet li kienet l-Amministrazzjoni tal-Korp stess li kkonfermat il-proċedura. Hu għalhekk li l-POU qed teżiġi li l-membri tal-Korp jingħataw l-istess drittijiet.