Il-UEFA Super Cup bejn ir-rebbieħa taċ-Champions League Bayern Munich u r-rebbieħa tal-Europa League Sevilla se tkun bl-udjenza. Din il-logħba se ssir ġewwa Budapest fil-Puskas Arena, u se tilqa’ madwar 20,000 spettatur bħala prova. Dan il-grawnd jiflaħ total ta’ 68,000 persuna.
UEFA ħabbret li massimu ta’ 30% tal-istadju jista jkun mimli, ħalli jkunu jistaw jistudjaw l-impatt tar-ritorn tan-nies. Dan ma jfissirx li l-logħob l-oħra taċ-Champions League jew tal-Europa League se jilqaw l-udjenza wkoll, għax wara li ssir din il-partita l-kumitat tal-UEFA jrid jiddiskuti l-pass li jmiss.
Bayern Munich rebħu ċ-Champions League wara li għelbu lil PSG 1-0, filwaqt li Sevilla rebħu kontra Inter 3-2 fl-Europa League.
Il-UEFA Super Cup se ssir il-Ħamis 24 ta’ Settembru fil-Puskas Arena.
//= $special ?>