Lokali

Jaqa’ minn sellum fi Triq ir-Repubblika

Raġel ta’ 58 sena residenti l-Belt Valletta sofra ġrieħi serji wara li waqa’ minn fuq sellum.

Stqarrija tal-Pulizija tgħid li l-inċident seħħ għall-ħabta tad-9p.m. tat-Tnejn fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta. Skont l-ewwel stħarriġ mill-Pulizija tad-Distrett jirriżulta li r-raġel kien fuq sellum ineħħi pavaljun fl-imsemmija triq meta għal xi raġuni tilef il-bilanċ u waqa’.

Tim mediku ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn iktar tard kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. Il-pulizija qed tinvestiga l-inċident.