Id-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar fl-aħħar ħin kiteb lill-Ministru Byron Camilleri bħala l-Ministru respnsabbli mill-Intern, kif ukoll lill-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa biex jesprimi d-diżappunt tiegħu għad-deċiżjoni li tingħalaq l-għassa tal-Mellieħa.

Id-Deputat Nazzjonalista fl-ittra tiegħu saħaq li minkejja li hu kien fost tal-ewwel li mexxa ‘l quddiem il-kunċett ta’ community policing, ma jistax jaqbel mal-għeluq tal-għassa tal-lokal u talab li din id-deċiżjoni titreġġa’ lura
Dan fi-dawl tal-fatt li l-Mellieħa għandha popolazzjoni dejjem tikber li
qabżet sew l-għaxart elef ruħ,jekk wieħed ma jgħoddx ir-residenti li jiġu l-Mellieħa fix-xhur tas-sajf. Hu insista li għaldaqstant din il-lokalità ma tistax tkun bla għassa.
Robert Cutajar talab lill-Ministru u lill-Kummissarju jerġgħu jagħtu
lill-komunità tal-Mellieħa għassa tal-Pulizija li taqdi u ssaħħaħ il-funzjonijiet tagħha 24 siegħa kuljum, is-sena kollha
