
“Kemm jien kburi li int kont ibni. Xtaqt biss li kelli ċans ngħidlek dan il-kliem aktar drabi”.
Huwa dan il-messaġġ li ħalla miktub missier Ivor Maciejowski, wieħed miż-żewġt irġiel li ġimgħa ilu sa maqtul kiesaħ u biered f’Tas-Sliema flimkien ma’ Chris Pandolfino.
Fl-aħħar jiem, kien bosta l-ħbieb u l-qraba tal-koppja li ħallew messaġġ u fjuri mar-residenza – fost dawn, kien hemm ittra miktuba minn missier Ivor.
Hu jiddeskrivi lil ibnu bħala persuna brillanti u inkredibbli. “Int ġibtli ferħ f’ħajti, u se tibqa’ għal dejjem f’qalbi”, kiteb missieru.
Ittra oħra imwaħħla mar-residenza hi dik ta’ ħu Ivor, illi fiha jgħid li għalih “Ivor ma mietx, iżda għadu ħaj fil-persuni li hu ferraħ tul ħajtu”.
