Lokali

Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara inċident f’Santa Venera

Sewwieq ta’ mutur, ta’ 45 sena minn Santa Venera, ittieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura wara inċident bil-mutur, tat-tip Peugeot, ma’ karozza tat-tip Hino, misjuqa minn Misidjan ta’ 44 sena.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2pm fi Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera, quddiem Dar San Ġużepp.