Lokali Qorti

Sitt immigranti maħruba jammettu li t-Tnejn kienu lesti biex jħallu Malta bil-Grimaldi

Sitt immigranti ammettew quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello li f’dawn l-aħħar ġimgħat wara li ħarbu mill-Barracks ta’ Ħal Safi ppruvaw jaħarbu minn Malta permess tal-bastiment Grimaldi.

Huma mmettew li nhar it-Tnejn, 24 ta’ Awwssu ppruvaw jaħarbu permezz tal-vapur Grimaldi, sorġut Ras Ħanżir, f’Raħal Ġdid. Tnejn minn dawn l-immigrant huma taħt l-età.

Quddiem il-Maħistrat Rachel Montebello irriżulta li kienu madwar 30 persuna f’Ras Ħanżir għal lest biex jitilgħu fuq il-vapur u jaħarbu minn Malta. Madankollu, hekk kif raw lill-Pulizija fuq il-post dawn ħarbu, bil-Pulizija jirnexxielha taqbad numru minnhom. Fil-pusses tagħhom instabu passaporti foloz u mbagħbsa.

Filwaqt li ħamsa minnhom ingħataw sentenza ta’ ħabs, Marokkin ta’ 30 sena ġie lliberat minħabba li kien hemm żball tekniku fl-akkuża. Dik dwar id-data ta’ meta huwa ħarab minn Safi Barracks.

Fil-fatt huwa ammetta li kien fl-24 ta’ Lulju, 2020 li għadda li wettaq il-ħarba, imma l-akkuża uffiċjali kienet tgħid li l-ħarba saret it-Tlieta, 25 ta’ Awwissu, 2020. Il-Maġistrat għaldaqstant illiberat lil Imad El Miskini minn kull akkuża minħabba dan l-iżball tekniku.

Sadanittant Aboubaker Yousef Adam ta’ 24 sena mis-Sudan ġie kundannat sitt xhur ħabs u Sudaniż ieħor, Abugazi Abduma, li nforma qal lill-Ispettur Lara Butters li għandu 17-il sena, meta fir-realtà għandu 19-il sena. L-Ispettur Butters qalet li l-informazzjoni li għandu 19-il sena ngatat lilha mill-AWAS li jkollha nformazzjoni fuq l-immigranti llegali.

Huwa baqa’ jikkkontesta l-fatt tal-età u baqa’ jikkontendi li għandu 17-il sena. Il-Qorti fiċ-ċirkostanzi qalet li qed tqies din id-dikjarazzjoni li huwa qed iwieġeb mhux ħati, anke jekk ammetta li ried jaħrab u li anke sar riċediv b’sentenza mogħtija mill-Qorti f’Jannar li għadda.

Mohammed Abdisadak ta’ 20 sena mill-Marokk ġei kundannat 10 xhur ħabs. Sadanittant Libjan ta’ 16-il sena ġie lliberat bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien sena u Mohammed Sabir Libjan ta’ 17-il sena ġie kundannati erba’ xhur ħabs.

Dan wara li l-Qorti nnutat li tnejn huma minuri u għaldaqstant għandu jkun hemm tnaqqis fil-piena skont il-liġi. Għall-immigranti dehret l-Avukat tal-Għajnuna Legali Francine Abela.