Lokali Qorti

Sitt xhur ħabs wara li pprova jitlaq l-Italja b’dokument falz

Raġel ta’ 25 sena mill-Pakistan ġie kundannat sitt xhur ħabs wara li ammetta quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello li pprova jitlaq minn Malta lejn l-Italja permezz ta’ dokument falz, magħruf bħala ‘permesso di soggiorno’.

Ihtisham Ihtisham mill-villaġġ ta’ Mardan, u li f’Malta huwa residenti San Pawl il-Baħar ammetta li nhar it-Tnejn fis-6.40pm huwa ġie miżmum mill-Pulizija tal-Ajruport hekk kif kien qed jippjana biex imur fil-Belt ta’ Venezja.

Għall-ewwel permezz tal-Avukat tiegħu Franco Galea huwa ammetta biss l-akkuża ta’ falsifikazzjoni ta’ dokument u mhux li kellu fil-pusses tiegħu passaport u li ffalsifikah u dan għaliex skont id-difiża huwa ma kienx fil-pusses ta’ passaport, iżda ta’ dokument.

L-Ispettur Lara Butters li ressqet lill-Pakistani qalet li l-liġi tinkludi dokumenti, passaporti u dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ permess ta’ żbarkazzjoni. Finalment l-akkużat ammetta l-akkużi kollha miġjubin kontrih u ġie kundannat sitt xhur ħabs.