Ambjent Lokali

76 fekruna jerħula lejn il-baħar

F’post fuq il-media soċjali Nature Trust ħabbret li 76 fekruna rħewlha fi triqthom lejn il-baħar minn 95 bajda fil-Bajja tal-Mixquqa.

Intant, voluntiera ta’ Nature Trust Malta, il-Ħadd li għaddha qattgħu lejl mill-isbaħ fuq il-bajja tar-Ramla tal-Mixquqa hekk kif kienu preżenti waqt li madwar 50 fekruna tal-ilma baħar faqqsu u rħewla lejn il-baħar biex jibdew il-vjaġġ tal-ħajja fl-ambjent naturali tagħhom. Il-fkieren komplew ifaqqsu bejn it-Tnejn u t-Tlieta.