Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 46 każ ġdid pożittiv, filwaqt li fiequ 48 persuna

Għal jum ieħor pajjiżna reġa’ rreġistra numru għoli ta’ każi pożittivi ġodda ta’ COVID-19… total ta’ 46 każ.

Fl-aħħar 24 siegħa kien hemm 48 persuna oħra illi fiequ minn dan il-virus. B’hekk issa t-total ta’ każi attivi jinżel għal 725 persuna filwaqt li t-total ta’ każi pożittivi minn Marzu ‘l hawn huwa dak ta’ 1,856, bil-persuni li fiequ jammontaw għal 1,121.

Il-każi rappurtati l-Erbgħa għadhom qed jiġu investigati.

Mill-każijiet pożittivi li ħarġu t-Tlieta… 6 huma familjari ta’ każi pożittivi, 2 persuni kellhom kuntatt dirett ma’ każi pożittivi, 5 ħadu dan il-virus minn fuq il-post tax-xogħol, 4 każi kienu impurtati minn barra filwaqt li 2 każi minn attivitajiet soċjali. Għalhekk kollox jindika li 27 każ huma sporadiċi għaliex ma ngħata ebda informazzjoni dwar minn fejn ħadu dan il-virus.

S’issa din il-ġimgħa diġà kellna 205 każ ġdid ta’ persuni li ttestjaw pożittivi għall-Coronavirus.

NET News hu l-uniku li qed jippubblika ċ-ċifri aġġornati kollha, inklużi l-każi li rriżultaw fost l-immigranti irregolari. Dan wara li ftit tal-jiem ilu, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li dawn ma kinux se jibqgħu jkunu kkalkulati fost iċ-ċifri mħabbra mill-Ministeru tas-Saħħa.