Coronavirus Internazzjonali Saħħa

COVID-19: Jonqsu l-każi madwar id-dinja

Is-saħħa tal-pandemija qed tmajna kullimkien barra fl-Asja u fil-Lvant tal-Mediterran

L-Organizzazjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) qed tirrapporta tnaqqis fil-każi ta’ Covid-19 madwar id-dinja, hekk kif bdew l-ewwel sinjali li l-pandemija bdiet tikkalma.

Skont iċ-ċifri uffiċjali tad-WHO, matul l-aħħar ġimgħa il-każi ġodda ta’ Coronavirus naqsu b’5 fil-mija, filwaqt li l-imwiet globali naqsu bi 12 fil-mija.

Id-WHO qed tinnota li s-saħħa tal-pandemija qed tmajna kullimkien barra fl-Asja u fil-Lvant tal-Mediterran, fejn in-numri komplew jiżdiedu.

F’dawn it-tminn xhur diġa’ kellna ‘il fuq minn 24 miljun każ ta’ persuni li ttestjaw pożittivi għall-Coronavirus.