Lokali

Daniel Muka mistenni jitressaq il-Qorti għada

Hekk kif waranofsinhar mistenni jitressaq il-Qorti l-Albaniż akkużat bil-qtil doppji li seħħ fi Triq Locker f’Tas-Sliema, Net News jinsab infurmat li l-Pulizija għandha indikazzjonijiet ċari ta’ min huma l-irġiel l-oħra involuti fil-każ u li kienu kompliċi ma’ Daniel Muka. Kif kien żvela dan is-sit b’mod esklussiv, il-persuni involuti kienu ġew identifikati minn immaġini li ġiet meħuda minn cameras tas-CCTV.

Net News jinsab infurmat li l-Pulizija mistennija jużaw it-48 siegħa li tippermettil l-liġi sabiex tkompli tinterroga lil Muka qabel dan jitressaq il-Qorti. Il-Pulizija komplew bil-ħidma tagħhom fid-Depot illejla fit-8pm.

Matul l-aħħar 24 siegħa, il-Pulizija interrogaw ukoll lir-raġel Malti li allegatament ta’ refuġju lill-Albaniż biex jistaħba.

Il-karozza SUV li kienet użata f’dan id-delitt instabet ħdejn l-Isptar San Luqa nhar il-Ġimgħa li għadda,

Il-post fejn ġie arrestat Daniel Muka