Lokali

Il-bastiment Sea Watch 4 f’direzzjoni lejn Malta b’200 immigrant abbord

Membri tal-AFM jinsabu fuq stand-by għal dak li jista' jinqala'

Bastiment li fuqu għandu 220 immigrant fl-aħħar sigħat beda jbaħħar lejn Malta. Dan wara li l-Italja irrifjutat li l-immigranti abbord jitniżżlu Lampedusa.

Sorsi minn Kastilja qalulna li n-nies ta’ Robert Abela jinsabu imħassba dwar kif se jitrattaw din is-sitwazzjoni.

Sa issa kien hemm skiet totali minn naħa tal-Gvern.

L-immigranti jinsabu abbord il-vapur ta’ salvataġġ Sea Watch 4, li jtajjar bandiera Ġermaniża. Dan l-immigranti ilhom jumejn sħaħ fuq dan il-vapur, bl-Italja tgħid li ma tridx taċċettahom.

Skont il-UNHCR, mill-bidu tas-sena l-Gwardja tal-Kosta Libjana salvat jew interċettat 7,122 immigranti fil-Mediterran. U f’Ċentri ta’ Detenzjoni Libjani hemm 2,267 immigrant.

F’pajjiżna din is-sena daħlu diġa’ aktar minn 2,100 immigrant.

Dan is-sit jinsab infurmat li membri tal-AFM jinsabu fuq stand-by għal dak li jista’ jinqala’