Il-familji tal-vittmi li nqatlu fl-isparatura li seħħet f’Moskea fi New Zealand is-sena li għaddiet ikkonfrontaw lil Brenton Tarrant. Dan hekk kif is-smigħ tas-sentenza ta’ Tarrant daħal fit-tielet jum tiegħu, fejn l-Ħamis mistenni jitħabbar l-verdett finali.
Fost dawk preżenti fl-awla kien hemm sens ta’ niket, iżda wkoll rabja hekk kif mad-90 persuna tkellmu dwar l-inċident li hasad il-hajja ta 51 persuna fi Christchurch fil-15 ta’ Marzu tal-2019, filwaqt li darab għexieren oħra.
L-Awstraljan ta’ 29 sena wieġeb ħati għal 51 akkuża relatati mal-omiċidju, 40 dwar attentat ta’ qtil u akkużi ta’ terroriżmu. Tarrant qed jaffaċċja sentenza ta’ għomor il-ħabs.
//= $special ?>