Il-PN huwa l-partit li se jkompli jemmen fin-nies u jaħdem għall-ġid tal-Maltin u l-Għawdxin kollha. Dan b’kuntrast car mal-Gvern ta’ Robert Abela, li kapaċi jiggverna biss fil-bnazzi.
“L-ekonomija mhux qed tgħinu, u l-mod kif qed jitratta l-COVID il-Gvern mhux tajba. Hemm telf ta’ impjiegi kbir… prova ċara li l-Gvern Laburista jaf jiggverna biss fil-bnazzi u qed juri li mhux kapaċi jiggverna fil-maltemp.“
Sostna dan il-Kap tal-PN Adrian Delia meta kien qed jiġi intervista waqt il-progamm Ras Imb’Ras li xxandar fuq l-istazzjon tal-Istat.
Hu qal li l-prerogattiva tiegħu hi li jinroduċi uċuh ġodda fi ħdan il-Partit Nazzjonalista u jkun partit imġedded. Adrian Delia saħaq li jekk jerġa’ jkun elett Kap tal-PN, Bernard Grech se jkun parti minn tim li se jkun jirrapreżenta lin-nies… biex il-PN ikun jista’ jimxi ‘l quddiem f’qasir żmien.
Dwar il-proċess ta’ due dilligence, il-Kap tal-PN qal li kien hu stess li ried li jkun hemm dan it-test għax m’għandu xejn x’jaħbi. Saħaq li din hija opportunità unika biex dak kollu li ntqal fuqu matul dawn l-aħħar xhur, juri li kien kollu gideb.
“Jekk hawn xi ħadd f’pajjiżna li għandu xi ħaġa, jiġi jippreżenta dak li għandu sabiex dan il-pannel ikollu kollox quddiemu biex imbagħad jiddeċiedi u jagħti l-ġudizzju tiegħu b’riżultat li jien diġà naf li se jkun tajjeb għal raġuni waħda… għax naf li minn dak li qalu fuqi, m’hemm assulutament xejn.”
Adrian Delia temm jgħid li ilu tliet snin jaħdem għall-ġid tal-Partit Nazzjonalista u għall-Maltin u l-Għawdxin kollha…. u jinsab kommess li jkompli jagħmel dan fis-snin li ġejjin.
//= $special ?>
