Lokali

Il-PN jilqa’ l-ħatra tal-membri tal-Bord tal-Kustodja

Il-Partit Nazzjonalista jilqa’ b’sodisfazzjon il-ħatra tal-Membri tal-Bord dwar il-Kustodja kompost miċ-Chairperson l-Imħallef Emeritu Geoffrey Valenzi, mill-membru l-Professur Joseph M. Cacciattolo u l-membru sostitut il-Professur Angela Abela, nominati mill-Kummissarju għas-Saħħa filwaqt li l-membru Marchita Mangiafico u s-Sostitut Marthese Mugliette nominati mill-Kummissarju għad-Drittijiet Persuni b’Diżabbilta’.

Il-President u l-membri appuntati f’dan il-Bord għal perjodu ta’ tliet snin u jkunu eliġibbli biex jerġgħu jiġu maħtura għal perjodi oħra fil-kariga.

Fi stqarrija maħruġa mill-Viċi Kap għall-Affarijiet Parlamentari u Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Familja b’Saħħitha, Solidarjetà Soċjali, Pensjonijiet Adegwati u Sostenibbli u Drittijiet tat-Tfal David Agius, mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Akkomodazzjoni Soċjali, l-Glieda kontra l-Faqar ta’ Kull Tip, Solitudni u l-Esklużjoni Soċjali Ivan Bartolo u mill-Kelliema tal-Oppożizzjoni għall-Anzjanità Attiva u Inklussiva u l-Persuni b’Abbiltajiet Differenti Maria Degura, il-Parit Nazzjonalista feraħ lill-Membri tal-Bord dwar il-Kustodja, filwaqt li awguralhom il-ħidma t-tajba b’impenn akbar b’risq il-Maltin u l-Għawdxin kollha.