Internazzjonali

Jinqatlu żewġ persuni waqt protesti f’Wilconsin

Żewġ persuni nqatlu u oħra ndarbet waqt li kienu għaddejjin protesti f’Wisconsin…wara sparatura mill-Pulizija fuq raġel iswed ftit tal-jiem ilu.

Filmati li kienu ppubblikati fuq il-midja soċjali urew diversi persuni jiġru lejn raġel li spara lejhom b’arma tan-nar, b’żewġ persuni jispiċċaw jaqgħu fl-art u diversi tiri oħra jinstemgħu fl-isfond.

Dawn il-protesti zviluppaw wara li l-Ħadd li għadda Jacob Blake qala’ tmien  tiri f’dahru waqt li prova jwaqqaf ġlieda bejn żewġ nisa. Blake, ta’ 29 sena ndarab serjament, fejn spiċċa paralizzat u jinsab fil-periklu tal-mewt.

L-inċident ta’ Blake ħoloq rabja kbira b’aktar minn 30 negozju jispiċċaw jinqerdu b’madwar 200 dimostrant ikkonfrontaw lill-pulizija wara li sfidaw curfew ta’ emerġenza.