Xahar qabel il-ftuħ tal-iskejjel…. il-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici m’ghandu ebda ħjiel dwar il-protokolli ghal kontra l-Covid, jew taħt liema xenarju ser jinfetħu l-iskejjel.
Dan meta l-istess Minsitru, ammetta ma Net News li din hija mistoqsija li qed jagħmlu diversi nies, fosthom għalliema u ġenituri.
Owen Bonnici stqarr maghna li l-protokolli jinsabu fi stadju avvanzat… iżda m’humiex lesti.
Dan meta fadal ukoll diversi laqgħat ma’ entitajiet differenti, propju qabel kollox ikun finalizzat l-linji-gwida, u l-pubbliku jkun infurmat.
Meta ergajna staqsejnih dwar meta ser joħorġu l-linji gwida għall-ftuħ tal-iskejjel….. din id-darba il-Ministru stqarr li dan għadu ma sarx minħabba li l-MUT tixtieq aktar laqgħat qabel ma tinħareġ xi informazzjoni.
Minn naħa tagħha, l-MUT irrimarkat f’daqqa waħda l-Ministeru għall-Edukazzjoni irid iħaffef il-proċess u joħroġ il-protokolli nhar il-Ġimgħa li ġej….minkejjsa li waqt laqgħa li kellha l-MUT mal-istess Ministru, fl-ebda ħin ma ssemmew il-protokolli li ser jinħarġu l-Ġimgħa.
Huma sostnew li dawn ma jistgħux jinħarġu mingħajr ma jkun hemm l-input tal-edukaturi u huwa ċar li dan mhux ser ikun possibbli jekk il-Ministeru jippubblika linji gwida mil-lum għal għada.
L-MUT stqarret li mhux ser tħalli lil Ministeru jgħaddi romblu minn fuq l-edukaturi. Għaldaqstant l-MUT iddikjarat li mhix lesta li tiddiskuti b’ħafna għaġla il-protokolli speċjalment jekk id-deċiżjonijiet diġà ttieħdu.
//= $special ?>