Aktar minn nofs miljun persuna ġew ordnati jitilqu mill-Kosta tal-Golf tal-Istati Uniti hekk kif hemm twissija ta’ ħsara katastrofika li mistenni jħalli l-Uragan Laura.
L-awtoritajiet qed jordnaw l-ikbar evakwazzjoni tal-pajjiż wara li l-maltemp ittrasforma ruħu f’uragan, bin-nies f’Texas u Louisiana jkunu mħeġġa jitilqu mid-djar tagħhom minnufih. Huwa mistenni li l-mewġ jilħaq għoli ta’ madwar 4 metri li jista’ jgħarraq kwartieri sħaħ. Stqarrija maħruġa mis-Servizz Nazzjonali tat-Temp qalet li hemm periklu ta’ maltempata li mistennija thedded il-ħajja b’mewġ kbar u perikolużi li jipproduċu ħsara potenzjalment katastrofika minn Texas sax-Xmara ta’ Mississippi.
//= $special ?>