Lokali

Sewwieq ta’ mutur involut f’inċident fi Triq Reġjonali

Ftit tal-minuti ilu seħħ inċident fi Triq Reġjonali direzzjoni lejn San Ġiljan.

Minn informazzjoni li waslitlna jidher li sewwieq ta’ mutur skidja kawża ta’ xi żejt li kien hemm fit-triq.

Immedjatament fuq il-post waslet ambulanza biex tassisti lill-vittma.

S’issa għadha mhux magħrufa l-kundizzjoni tal-persuna.

Aktar informazzjoni hekk kif taslilna.