Lokali

“Bis-skiet tiegħu Abela qed irendi lilu nnifsu kompliċi” -Adrian Delia

Fl-isfond tax-xhieda xokkanti li smajna tul il-jum talĦamis fil-Qorti, il-Prim Ministru Robert Abela għadu ma qal xejn. Mhux hekk biss – fil-Parlament Malti ghad hemm min kien jaf kollox.

“Robert Abela ghadu ma qal xejn, għaddiet ġurnata toħroġ aħbar bħal dik u
nirrealizzaw li fil-parlament tagħna għandna nies li kienu jafu… il-Prim Ministru bi skiet tiegħu qed irendi lilu nnifsu kompliċi”.

Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia meta kien qed jiġi intervista fuq Net Television. Huwa saħaq li grazzi għall-ħidma sfieqa tal-Partit Nazzjonalista u s-Soċjetà Ċivili pajjiżna kiseb riżultati.

Dan grazzi wkoll għal perseveranza, b’mod speċjali meta l-Gżejjer Maltin bdew iħabbtu wiċċhom ma’ kriżi politika meta feġġ biċ-ċar li Kastilja nħatfet mill-kriminalità organizzata.

Adrian Delia qal li b’umiltà l-Partit Nazzjonalista għandu jilqa’ r-riformi tant meħtieġa sabiex il-partit verament jiġġedded. Huwa kompla jgħid li dan it-tiġdid inbeda għal ġid taż-żgħażagħ u l-anzjani tagħna, għall-ġid tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin.

Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista jinsab preparat b’aktar alternattivi sabiex iserraħ moħħ ilpoplu Malti u Għawdxi bi pjanijiet ċari halli jissaħħu u jiġu kreati industriji u servizzi għall-ġid komuni.