Lokali

“Bla dawl għal kważi 5 ġimgħat”

Numru ta’ Furjaniżi li jgħixu fiz-zona ta’ Balzunetta fil-Floriana lmemtaw magħna li t-toroq tal-lokal ilhom 5 ġimgħat bla provvista tal-elettriku.

F’post li ppubblika fuq Facebook il-Minority Leader tal-PN fil-Floriana James Aaron Ellul intqal li s-sitwazzjoni ilha hekk ghal numru ta’ ġimgħat, u li bosta residenti mhux ikollhom serħan il-moħħ. Huwa qal li d-dritt li jgħixu f’sigurtà fl-aħħar jiem għeb għal kollox.

https://www.facebook.com/751965871557286/posts/3209113199175862/

F’kummenti li għadda lil Net News huwa qal li t-toroq huma: Triq il-Mall, Triq il-Konservatorju, Triq Vincenzo Bugeja u Triq l-Argotti. Huwa qalilna li dalgħodu rċieva messaġġ li Triq F.S. Fenech ilha wkoll bla dawl għal dawn l-aħħar jiem.

Residenti sa anki qalu magħna li tant kemm hemm dlam, li prattikament “tista’ toqtol u tidfen”

James Aaron Ellul tenna li hu flimkien mal-Kunsilliera Nazzjonalista Justine Palmier taw numru ta’ soluzzjonijiet temporanji biex dawn it-toroq jerġgħu jinxtegħlu, issa jmiss li l-awtoritajiet jisimgħu.