Knisja Lokali

Ċelebrazzjoni fi tmiem il-Ministeru Episkopali ta’ Mons. Mario Grech

Nirringrazzja lill-Alla li wassalni s’hawnhekk u grazzi lil fidili li tul din il-miġja tawni s-sostenn tant meħtieġ ankè f’mumenti diffiċli. Intkom tinsabu f’qalbi.

Dan kien il-messagg li wassal Monsinjur Mario Grech, fi tmiem l-Episkopat tieghu, wara 15-il sena imexxi d-Djocesi t’Ghawdex – meesagg illi twassal waqt il-Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr għall-Ministeru Episkopali ta’ tieghu bħala Isqof ta’ Għawdex.

Fic-celebrazzjoni li saret fir-Rotunda tax-Xewkija, Monsinjur Grech stqarr li l-bidla trid tasal mhux biss meta l-affarijiet ikunu ħżiena iżda ankè meta l-affarijiet ikunu tajbin sabiex ma tintlaħaqx staticità u bil-għan li l-fedeltà Nisranija tkompli titkattar.

Mario Grech kien laħaq flok Nikol Cauchi, wara li kien kappillan tal-parroċċa ta’ Kerċem. Hu kien ordnat saċerdot f’Mejju tal-1984 u jibqa’ mfakkar għad-dikjarazzjonijiet tiegħu magħmula bir-reqqa speċjalment fuq temi soċjali. Fl-aħħar ġimgħat, il-Qdusija Tiegħu Papa Franġisku ħatar lil Monsinjur Mario Grech bħala membru fuq il-Kummissjoni Pontifiċja għall-Promozzjoni tal-Għaqda fost l-Insara.