Coronavirus Lokali

COVID-19: 37 każ ġdid; 44 ifiqu

Fl-aħħar 24 siegħa, 37 persuna ġew irreġistrati pożittivi għal Coronavirus filwaqt li 44 persuna fiequ. 2,542 tests swabs saru matul l-aħħar jum.

Dan biex b’hekk 718 għadhom pożittivi għal COVID-19.

It-total ta’ każi pożittivi minn Marzu ‘l hawn huwa dak ta’ 1,893, bil-persuni li fiequ jammontaw għal 1,165.

Il-każi rappurtati l-Ħamis għadhom qed jiġu investigati.

Mill-każijiet pożittivi li ħarġu l-Erbgħa, 18-il każ huma qraba ta’ każijiet passati, sitt persuni kellhom kuntatt ma’ persuna bil-COVID-19 filwaqt li sitta oħra huma kollegi tax-xogħol. Jidher li s-16-il persuna l-oħra kienu kollha sporadiċi hekk kif l-ebda informazzjoni ma ngħatat dwarhom.

NET News hu l-uniku li qed jippubblika ċ-ċifri aġġornati kollha, inklużi l-każi li rriżultaw fost l-immigranti irregolari. Dan wara li ftit tal-jiem ilu, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li dawn ma kinux se jibqgħu jkunu kkalkulati fost iċ-ċifri mħabbra mill-Ministeru tas-Saħħa.