Żvilupp importanti seħħ tard bil-lejl, hekk kif il-Pulizija arrestaw lit-tieni persuna li allegatement kien kompliċi ma’ Daniel Muka fid-delitt doppju tal-ġimgħa li għaddiet.
Net News hu infurmat li ir-raġel ġie arrestat fil-Gżira ftit qabel nofs il-lejl.
L-operazzjoni tmexxiet mis-sezzjoni tar-Reati Maġġuri. Il-Pulizija kkonfermaw li r-raġel kien qed jistaħba f’lukanda fil-Gżira, li ġiet ċirkondata.
Malli r-raġel induna bil-preżenza tal-Pulizija huwa pprova jaħrab iżda kien arrestat immedjatament. Hu qiegħed jinżamm għal aktar stħarriġ, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għadejjin.
Il-Pulizija kienet ilha numru ta’ ġranet issegwi l-movimenti ta’ dan is-suspettat, iżda l-interrogazzjoni tal-Albaniż għamiltha aktar faċli biex jiġi lokalizzat. It-tieni persuna qed jinżamm fil-lockup fil-Floriana.
//= $special ?>