FC VADUZ…………………………….0
HIBERNIANS………………………..2
F’Liechtenstein, Hibernians wettqu dak li deher diffiċli u għlebu lill-avversarji tagħhom FC Vaduz 2-0 minkejja li lagħbu nofs it-tieni taqsima bi plejer inqas. Minkejja li kienu Vaduz li ħadu l-inizjattiva fl-ewwel minuti tal-partita, kienu it-tim minn Raħal Ġdid li fetaħ l-iskor fl-34 minuta permezz ta’ JURGEN DEGABRIELE. Vaduz komplew jiddominaw il-pusses b’Hibernians jilqgħu lill-avversarji u joperaw bil-kontra-attakk. Fil-57 minuta Hibs irduppjaw meta reġa’ kien iż-żagħżugħ JURGEN DEGABRIELE li għeleb għat-tieni darba lil Nuchel. Hibernians spiċċaw jilgħabu bi plejer inqas meta fl-64 minuta tkeċċa l-captain Bjorn Kristensen. Hibs għarfu jiddefendu l-iskor sat-tmiem minkejja l-isforzi tal-avversarji.
FC Vaduz: Nuchel, Gasser, Schmid, Simani, Dorn (Di Giusto), Luchinger (Milinceanu), Wisser, Santin (Hug), Cicek, Coulibaly, Sutter
Hibernians: Cremona, Artiles, Grech, Almeida, Agius, Attard, Grech, Kristensen, Teixeira (Winchester), Shodiya (Desira), Degabriele
CSKA SOFIA………………………..2
SIRENS……………………………….1
F’ Sofija fil-Bulgarija, Sirens kellhom prestazzjoni tajba ferm kontra skwadra kwotata aktar minnhom u tilfu b’ gowl fl-aħħar minuti fl-ewwel esperjenza tagħhom f’kompetizzjoni Ewropeja. It-tim ta’ Steve D’ Amato fetaħ tajjeb u kien l-ewwel li ħoloq azzjonijiet tajbin u perikolużi lejn il-lasti ta’ Busatto. Sirens kellhom iwettqu sostituzzjoni sfruzata fl-ewwel nofsiegħa wara li weġġa’ Romeu biex floku daħal Jacob Walker.
Sirens ingħataw penalty żewġ minuti minn ftuħ it-tieni taqsima meta Mattheij waqqa’ lil Maia Da Silva fil-kaxxa, bl-istess plejer minn ħdax –il metru naqas milli jegħleb lill-gowlkiper ta’ CSKA. Sirens skorjaw fis-69 minuta meta kien MAIA DA SILVA li kkonkluda fuq pass ta’ Bustos. Sirens ftit li xejn damu jgawdu l-vantaġġ tagħhom għax CSKA Sofia wieġbu tajjeb u kienu iż-żewġ sostituti li kkombinaw bejniethom meta Sankhare qassam lejn AHMEDOV li kkonkluda wara Cassar. CSKA Sofia skorjaw il-gowl ta’ kwalifikazzjoni fil-91 minuta permezz tal-attakkant SOWE li għeleb lil Cassar.
CSKA Sofia: Busatto, Galabov, Mattheij, Antov, Mazikou, Rodrigues, Younga (Ahmedov), Henrique, Beltrame (Sankhare), Carey (Yomov), Sowe
Sirens: Cassar, Romeu (Walker), Dos Anjos, Borg, Espindola, Agius (Grech), Scicluna, Da Oliveira (Mifsud), Da Silva, Bustos, Domoraud
//= $special ?>