Il-President tal-ACI, Sticchi Damiani kkonferma li l-Grand Prix ta’ Monza se jibqa’ jsir sal-2025. Dan wara li l-kuntratt taċ-ċirkwit ġie estiż b’sena wara li din is-sena se jsir b’bibien magħluqa minħabba l-pandemija tal-coronavirus.
Iċ-ċirkwit ta’ Monza jinsab fir-reġjun tal-Lombardija, l-aktar reġjun fl-Italja li ntlaqat ħazin mill-coronaivurs. Damiani qal li permezz ta’ dan il-Grand Prix is-sena d-dieħla se jkunu qegħdin juru l-apprezzament tagħhom lejn il-ħaddiema li wettqu sagrifiċċji kbar matul din il-pandemija. Dan l-istaġun minħabba l-pandemija tal-coronavirus l-Italja se tospità tliet Grand Prix fiċ-ċirkwiti ta’ Monza, Mugello u Imola
//= $special ?>