Lokali

Il-PN jilqa’ b’sodisfazzjon l-iscreening għal tfal bi bżonnijiet speċjali

“Il-Partit Nazzjonalista jilqa’ b’sodisfazzjon il-ftehim li ħabbar il-Gvern li wara il-ħidma li saret minn kumitat interministerjali, se tiġi introdotta sistemà ġdida ta’ screening għal tfal bi bżonnijiet speċjali.”

Kien dan li ħareġ mill-istqarrija maħruġa mill-Viċi Kap għall-Affarijiet Parlamentari, David Agius, il-Kelliema tal-Oppożizzjoni għall-Persuni b’Abbiltajiet Differenti, Maria Deguara u d-Deputat Parlamentari bi Bżonnijiet Speċjali Kevin Cutajar.

L-istqarrija tkompli li hemm bżonn li wieħed jawgura li kif ingħad, dan il-ftehim jiżgura li tfal bi bżonnijiet speċjali jiġu segwiti sa minn età żgħira biex jiġi identifikat l-aħjar mod ta’ għajnuna u b’hekk it-tfal jingħataw kull opportunità biex jilħqu il-potenzjal tagħhom.

Il-Partit Nazzjonalista ilu jisħaq għal bżonn urġenti ta’ personell ikkwalifikat u mezzi xierqa biex inizjattiva bħal din tilħaq l-għan aħħari tagħha filwaqt li l-aħjar riżultati dejjem jinkisbu meta id-dianjosi u l-interventi jibdew minn l-iċken etajiet.

Il-Kelliema tal-PN spiċċaw jgħid li minkejja li jafu dan b’dispjaċir ninnutaw li s-servizzi għal tfal bi bżonnijiet speċjali tħallew jaqgħu lura u sfortunatament numru sinifikanti ta’ tfal bi bżonnijiet speċjali tilfu din l-oppurtunità li l-awtoritajiet kellhom l-obligu li jipprovdu.