Futbol Sport

Illejla Valletta, Hibernians u Sirens involuti f’partiti Ewropej

Illejla jidħlu fix-xena tal-UEFA Europa League t-timijiet Maltin meta jilgħabu fl-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni.

Valletta fis-Centenary Stadium fit-8.00 pm m’għandhomx ifallu kontra t-tim ta’ Bala Town ta’ Wales. Bala Town fl-istorja tagħhom qatt ma rnexxielhom jgħaddu mill-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni. Minkejja li Valletta jibdew bħala favoriti xorta waħda jkunu konċentrati mill-bidu minħabba li l-partita bħall-kumplament tal-partiti huma fuq leg wieħed.

Hibernians jisfidaw lil FC Vaduz ta’ Liechtenstein fis-7.00pm. Vaduz jibdew bħala favoriti f’dan il-konfront fejn se jkunu qed jilgħabu f’darhom u se jkunu aktar preparti minn Hibs minħabba li l-kampjonat tagħhom għadu kif intemm ftit tal-jiem ilu. Għal Hibs minkejja l-qawwa tal-avversarji, prestazzjoni tajba u konċentrazzjoni mill-bidu tal-partita tista’ tagħti kwalifikazzjoni lit-tim Malti.

Bla dubju, il-konfront tad-debuttanti Sirens huwa l-aktar wieħed diffiċli meta fil-Bulgarija fis-7.00pm jilgħabu kontra CSKA Sofia, tim li huwa ferm aktar kwotat mill-Maltin.