L-attakkant Ingliż Jamie Vardy, ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Leicester sal-2023.
B’dan il-kuntratt, Vardy se jkun qiegħed jibqa’ ma’ Leicester sa wara li jagħlaq 36 sena. Ir-rebbieħ tal-aqwa skorer tal-Premier League fl-istaġun li għadda se jara żieda fil-paga tiegħu kif ukoll estensjoni ta’ sena fuq il-kuntratt li kellu fil-preżent.
Fl-istaġun li għadda, Vardy skorja 23 gowl fil-Premier League u temm bħala top scorer fuq Pierre Emerick Aubameyang, Raheem Sterling u Danny Ings. Vardy huwa r-raba’ l-aktar plejer li skorja gowls fl-istorja ta’ Leicester b’129 gowl fi 309 partiti.
Din l-aħbar tiġi ftit jiem wara li l-midfielder James Maddison ukoll ġedded kuntratt ġdid ta’ erba’ snin wara li fl-2018 issieħeb magħhom mingħand Norwich City.
//= $special ?>