Minħabba s-sitwazzjoni tal-COVID-19, il-kumitat tal-Għaqda Pellegrinaġġ Muturi u Roti ta’ Ħaż-Żabbar ħabbret li se tkun qed tħassar l-attività tal-Pellegrinaġġ li sena wara sena kienu jattendu mijiet ta’ nies.
Dan seħħ biex jimxu mal-miżuri tal-Awtoritajiet tas-Saħħa biex jassiguraw is-saħħa ta’ dawk kollha li setgħu jattendu.
Din l-attività kienet issir fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar u r-rotta kienet mir-Rabat sa Ħaż-Żabbar. Kieku din is-sena kienet tkun id-69 edizzjoni tal-Pellegrinaġġ li għalih jattendu bi ħġarhom bosta Maltin u Għawdxin.
//= $special ?>

