L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) qalet li l-Ewropa dieħla ‘f’mument delikat ħafna’ fir-rigward tas-sena skolastika l-ġdida.
Għalkemm il-klassijiet ma kellhomx xi rwol kbir fil-firxa tal-coronavirus żdiedu l-provi li persuni żgħażagħ qegħdin jinfettaw lil ħaddieħor waqt laqgħat jew avvenimenti soċjali – b’dan jenfasizzah Hans Kluge, id-direttur reġjonali tal-WHO għall-Ewropa.
Kluge sostna li filwaqt li l-periklu jista’ ma jkunx daqshekk kbir għan-nies li huma iżgħar, il-Covid-19 ‘jista’ jixxiebah ma dragun li għandu denbu twil ħafna’.
Sadanittant – u bix-xitwa qed tavviċina — Kluge tenna li se jkun hemm żmien partikulari fejn it-tfal u l-istudenti żgħażagħ ikunu f’kuntatt eqreb mal-membri tal-popolazzjoni ta’ età akbar. Dan fost element ta’ sogru sostanzjali li l-coronavirus jinfirex qalb l-iskejjel f’numru ta’ pajjiżi.
//= $special ?>