Lokali Qorti

“Fenech qal li Keith Schembri riedu jeħles minn Caruana Galizia, u li ddiskuta l-assassinju ma’ Muscat fil-Girgenti” – Kurt Zahra

Joseph Muscat kien kellmu dwar l-assassinju waqt il-party tal-Girgenti

Dalgħodu fil-Qorti tkompli tistema’ l-kumpilazzjioni tal-evidenza fil-konfront ta’ Yorgen Fenech b’rabta mal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Fis-seduta tal-lum se jiġi ppreżentat rapport mill-Psikjatra Joe Cassar li eżamina l-istat mentali tal-middleman f’dan il-każ Melvin Theuma. Cassar ra lil Theuma wara li ħareġ mill-isptar fejn kien ġie rikoverat wara li allegatament weġġa’ lilu nnfisu.

Mhux magħruf jekk Theuma hux se jkun fiżikament preżenti fl-awla. Jekk iva, din tkun l-ewwel seduta li se jkun qed jattendi għaliha wara li ħareġ mill-isptar.

Il-kumpilazzjoni qed tinstema’ quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello.

16:10 Ix-xhieda ta’ Zahra tintemm hawn. Id-difiża titlob kopja tat-telefonati bejn l-eks Kummissarju Cutujar u Edwin Brincat il-Ġojja.

16:04 Zahra jgħid li Fenech kien qal li kien jafda lil Keith Schembri sa ftit taż-żmien ilu

15:56 Kien hawn li l-eks Chief of Staff bgħat lil Kenneth Camilleri għand il-middleman bil-wegħda li t-tliet irġiel li wettqu d-delitt jieħdu l-libertà proviżorja

15:48 L-Ispettur jgħid li Fenech kien qal li meta Joseph Muscat sejjaħlu Kastilja kien issemma Vince Muscat, il-Koħħu. Zahra jgħid li Theuma kien beda jinħakem mill-paniku meta l-Koħħu beda jitkellem

15:47 Zahra jixhed li Fenech kien qal lill-Pulizija li Muscat kien jgħidlu biex jikkontrolla lil Melvin Theuma

15:45 L-Ispettur jgħid li fil-mobile ta’ Fenech instabu għadd ta’ messaġġi bejnu u bejn l-eks Prim Ministru Joseph Muscat, fosthom fejn l-eks Prim Ministru jistaqsi lill-imprenditur jekk ħax gost il-party.Fenech wieġbu li ma tantx kellmu għax kien qed jistħi. Zahra jgħid li jeżistu aktar transcipts tagħhom mhumiex disponibbli

15:42 Stqasejt lil Fenech jekk hux is-sid ta’ 17 Black imma dwar dan ma nistax nikkummenta minħabba investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin, qal Zahra

15:30 L-Avukat Azzopardi jistaqsi għalfejn Fenech kien qal li kien se jispjega dwar id-differenza fis-somma mħallsa aktar tard. Zahra ma jafx iwieġeb

15:29 Għal mistoqsija ta’ Jason Azzopardi l-Ispettur jgħid li jekk it-telefonati saru fuq Whatsapp jew Signal, dawn ma jkunux jistgħu jiġu ttraċċati

15:26 L-Ispettur Zahra jixhed li Fenech qallu li dakinhar li kien arrestat Melvin Theuma, Keith Schembri kien faqalu l-mobile. L-eks Chief of Staff kien cempel lill-imprenditur aktar minn 30 darba

15:19 Zahra jgħid li ‘huma’ tirreferi għat-tabib Adrian Vella għal Keith Schembri

15:17 Azzopardi jikkwota transcipt tax-xhieda ta’ Fenech fejn qal li ‘huma riedu jħarrbuni jumejn qabel’. Azzopardi jistaqsi min huma l-‘huma’

15:13 Fuq dan il-punt iqum kjass sħiħ hekk kif id-difiża qed tinsisti li l-proskuzzjoni u l-parte civile qed jaqsmu informazzjoni bejniethom. L-Avukat tad-Difiża Charles Mercieca jinstema’ jlissen li din hija diżgustanti

15:10 L-Ispettur jixhed li f’chat bejn Fenech u l-Kaptan tal-jott tiegħu Logan Woods, dan tal-aħħar qallu li aħjar joħorġu bil-jott filgħodu għax tidher anqas suspettuża

15:06 Mistoqsi minn Azzopardi għandux dettalji dwar kemm damet it-telefonata u dettalji oħra. Zahra jgħid li jrid jistaqsi lit-task force dwar dan

15:04 Zahra jitkellem dwar il-famuża telefonata bejn Yorgen Fenech u Keith Schembri qabel l-imprenditur telaq bil-jott tiegħu

15:02 L-Avukat li qed jidher parte civile jistaqsi x’wassal għall-arrest ta’ Fenech. Zahra jwieġeb li Keith Arnaud kien ċempillu biex jgħarrfu li Fenech kien se jipprova jaħrab

14:55 Azzopardi jistaqsi lil Zahra meta Yorgen Fenech beda jitqies bħala supsettat. Zahra jwieġeb li kien lejn it-tmien tal 2018 u l-bidu tal-2019

14:47 Imiss issa lill-Avukat Jason Azzopardi li qed jidher parte civile għall-familja Caruana Galizia jistaqsi lil Kurt Zahra dwar Yorgen Fenech

14:34 Dwar il-pagament għall-assassinju, Fenech kien speċifika li dan kien ta’ €120,000 li aktar ‘il quddiem sar €150,000, iżda li ma setax jispeċifika għalfejn żdiedet is-somma

14:23 L-Ispettur jixhed ukoll dwar chats ta’ Fenech

14:21 Zahra jgħid ukoll li Fenech xehed li Keith Schembri kien ħallas €80,000 lil Melvin Theuma għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

14:19 Zahra qal li diversi xhieda qalu li Theuma kien ħareġ €30,000 minn butu biex jitwettaq l-assassinju

14:18 “Mexxi mexxi” Hekk qal Schembri lil Fenech dwar il-pjan biex tinqatel il-ġurnalista. Zahra qed jispjega x’qal Fenech fix-xhieda tiegħu lill-Pulizija u kif meta Fenech mar ikellem lil Schembri dwar il-pjan dan qallu biex imexxi

14:12 Zahra jitkellem dwar ikla għand Fenech li għaliha kienu mistiedna Keith Schembri u Melvin Theuma u li tulha ġie diskuss l-assassinju tal-ġurnalista

14:10 Zahra jgħid li Fenech qatt ma fittex nies biex iwettqu d-delitt

14:09 L-Ispettur ikompli jgħid li Fenech kien stqarr li l-eks Chief of Staff kien imur għandu kuljum u jgħidlu li Caruana Galizia trid tmut

14:08 Fenech, qal Zahra, kien stqarr mal-Pulizija li hu kien tkellem darbtejn mal-eks Prim Ministru Joseph Muscat, darba minnhom fil-party tal-Girgenti fejn iddiskutaw l-assassinju ta’ Caruana Galizia u r-raid li kien se jsir lil Melvin Theuma

14:07 Zahra jgħid li skont Fenech Schembri kient itih informazzjoni dwar tapping ta’ mobiles. Kien Schembri li kien qallu jeħles mill-ġurnalista

14:05 Kurt Zahra jgħid li fl-interrogazzjoni Fenech kien qal lill-Pulizija li Keith Schembri kien ħareġ bil-pjan biex joqtol lil Daphne Caruana Galizia

Il-qraba ta’ Daphne Caruana Galizia deħlin il-Qorti qabel is-seduta tal-lum

14:03 Iżid jgħid li Fenech qatt ma ċaħad l-involviment tiegħu fil-qtil. L-Avukat tal-imprenditur joġġezzjona

14:02 Zahra jgħid li ħabba f’hekk l-avukati ta’ Fenech kienu oġġezjonaw għall-interrogazzjoni tiegħu

13:59 Meta Fenech ġie mgħarraf li kienet ġiet irrifjutata dan sar b’mod verbali u mhux bil-miktub

13:55 L-Ispettur jgħid li filwaqt li l-middleman ta x-xhieda tiegħu b’mod awdjo viżiv iżda Fenech kien irriffjuta

13:50 Zahra jgħid li ;-investigazzjoni kellha tliet partijiet. L-ewwel parti kien l-arrest tat-tliet persuni li wettqu d-delitt, it-tieni dwar l-arresti tal-middleman u ta’ Yorgen Fenech, u fl-aħħar parti se jitkellem dwar l-aħħar żviluppi

13:45 Is-seduta tkompli, din id-darba bl-Ispettur Kurt Zahra fuq il-pedana tax-xhieda

13:04 Is-seduta ġiet sospiża u mistennija terġa tkompli għall-ħabta tas 1:30pm bix-xhieda ta’ l-Ispettur Kurt Zahra

13:01 Id-Difiża issa qed tinsisti li Arnaud jippreżenta kopja ta’ dokument li kien qed jirreferi għalih waqt il-kontro eżami. Arnaud jgħid li jista jurih iżda hemm partijiet li jkollu jgħatti għax fihom evidenza li għadu ma tkellimx dwarha

12:52 L-Avukat tad-Difiża jistaqsi lil Arnaud jekk kienux instabu aktar recordings u li ma kienux eżibit bl-Ispettur iwieġeb li mhux mgħarraf dwar dan. L-aħħar recordings li kienu nstabu kienu bejn il-middleman, is-sieħeb fin-negożju ta’ Fenech, Johann Cremona u Kenneth Camilleri, l-eks uffiċjal tas-sigurtà f’Kastilja.

12:49 Charles Mercieca jistqasi jekk Theuma kienx ħeba aktar recordings meta sar jaf li kien se jiġi arrestat. Arnaud ma jafx.

12:34 Id-Difiża tistaqsi dwar leaks t’ messaġġi mill-mobile ta’ Yorgen Fenech lill-media. Arnaud jgħid li kien hu stess li ġibed l-attenzjoni lill-Qorti dwar dan iżda li hu mhux responsabbli għall-investigazzjonjiet

12:35 Mistoqsi dwar min għandu kopji tal-files, Arnaud jgħid li t-task force jista’ jkun għamlet aktar kopji tagħhom

12:28 L-Ispettur jgħid li task force apposta qed tistabbillixi kienx hemm aktar data u jgħid li hu ma tkellimx mal-espert tal-Qorti

12:25 Tkompli s-seduta. Id-difiża tistaqsi dwar żewġ files ta’ recordings li huma neqsin

12:12 L-Ispettur jgħid li se jikkonsulta mal-Avukat Ġenerali dwar informazzjoni sensittiva u jitlob lill-Prosekuzzjoni tindika liema evidenza qed tirreferi għaliha

11:57 Il-battibekk ikompli b’Arnaud jistqarr li l-evidenza għadha ma ġietx ippreżentata għax il-Prosekuzzjoni ma kinitx taf biha, iżda kif saret taf biha komplew l-investigazzjonjiet u kienet talbet lill-Qorti biex ma teżibixxix l-evidenza biex ma jkunux preġudikati l-investigazzjonijiet

11:55 Arnaud jwieġeb li l-evidenza kollha miġbura se tkun eżibita fil-ġimgħat li ġejjin

11:52 L-Avukat tad-Difiża jgħid lill-Qorti li filwaqt li l-Prosekuzzjoni għandha quddiemha l-evidenza kollha tal-inkjesta maġisterjali hemm żbilanċ fil-konfront tad-Difiża u qed tkun il-Prosekuzzjoni li tiddeċiedi f’evidenza għandha tkun eżibita

11:49 Mercieca jippressa bil-mistoqsijiet tiegħu u jistaqsi jekk kienx hemm messaġġi u informazzjoni fuq dawn il-mobiles. Jgħid li l-Pulizija qed iżżomm informazzjoni li tista’ tgħin lil Yorgen Fenech

11:48 Keith Arnaud jgħid li l-Pulizija kkonfistkar aktar apparat elettroniku

11:47 Id-difiża tistaqsih jekk jafx li Theuma kellu aktar minn 4 mobiles

11:45 Arnaud jixhed li fil-kaxxa kien hemm erba’ mobiles

11:42 Il-mistoqsijiet jerġħu iduru fuq Melvin Theuma u Mercieca jistaqsi lil Arnaud jekk kienx preżneti meta nstabet il-kaxxa bir-recordings tal-middleman. Arnaud jgħid li le iżda li kien preżenti meta nfetħet

11:35 Mercieca jerġa’ jistaqsi dwar Cutajar bl-ispettur jgħid li ma ħasx li kellu jinvestiga lill-eks Kummissarju. Id-difiża tistaqsih jekk hux qed jgħatti lil Cutajar. Arnaud jgħid li m’għandux raġuni għal xiex

11:34 L-ispettur iwieġeb li le u li kien imur l-isptar biss bħala parti minn xogħlu bħala investigatur

11:33 Arnaud jgħid li l-aħħar li ra lil Theuma kien l-isptar, u l-avukat jistaqsih jekk hux ħabib tal-middleman

11:28 Charles Mercieca qed jistaqsi jekk kienx hemm konverżazzjonijiet oħra ma’ Melvin Theuma iżda l-Ispettur jgħid li dawn saru dejjem b’mod uffiċjali

11:26 Dwar min qed jinvestiga, Arnaud jgħid li ma jafx u li l-mistoqsija għandha ssir lis-superjuri tiegħu

11:25 Arnaud jgħid li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin

11:25 Id-difiża tistaqsi dwar tixħim li ħa Cutajar b’rabta mad-diversi każi

11:24 Keith Arnaud jispjega li ma kienx jaf bil-ħbiberija bejn Brincat u l-eks Kummissarju, u huwa biss issa li qed toħroġ cara l-ħbiberija twila li kellhom bejniethom

11:18 Id-difiża issa tistaqsi dwar ir-rabta bejn Edgar Brincat u Mario Tonna, iżda Arnaud jerġa’ jirreferi għall-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin u ma jweġibx

11:09 Arnaud jgħid li l-eks Kummissarju Lawrence Cutajar ma kienx preżenti għall-interrogazzjioni ta’ Brincat, iżda mistoqsi jekk kienx kellmu dwarha, l-Ispettur jikkonferma mingħajr ma jagħti dettalji minħabba investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin

11:08 Il-mistoqsijiet issa jduru fuq Edgar Brincat, il-Ġojja. L-ispettur jikkonferam li Brincat kien ġie arrestat darbtejn, u l-Pulizija kienet żammet il-mobile tiegħu

11:01 Dwar Cremona, Arnaud qal li dan issejjaħ darbtejn għall-interrogazzjoni

10:59 L-ispettur jitkellem dwar konverżazzjonijiet bejn l-eks uffiċjal tas-sigurtà u Melvin Theuma fejn ftehmu li jiltaqgħu għand Johann Cremona

10:56 Id-difiża tistaqsi issa dwar Kenneth Camilleri. Arnaud jgħid li Camilleri kien issejjaħ mill-Pulizija fejn l-eks uffiċjal tas-sigurtà f’Kastilja qal li ma kienx jaf lil Keith Schembri u li qatt ma ltaqa’ ma Yorgen Fenech

10:52 Arnaud mistoqsi jekk wara x-xhieda tat-Tabib Vella l-ġimgħa li għaddiet, kienx issejjaħ Keith Schembri, bl-ispettur jgħid jiċħad iżda jgħid li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin

10:49 L-Ispettur jgħid li skopra li Vella kien jaf lil Schembri wara li t-tabib qal li ġieli mar id-dar tal-eks Chief of Staff

10:47 Keith Arnaud jikkonferma li l-mobile ta’ Vella ma kienx inżammi mill-Pulizija u jgħid li sa dakinhar ma kienx jaf li Vella kien ukoll it-tabib ta’ Keith Schembri minbarra ta’ Yorgen Fenech

10:46 Mistoqsi kienx informa lil Keith Schembri li kien se jiġi arrestat, l-ispettur iwieġeb fin-negattiv

10:44 Arnaud issa jitkellem dwar l-arrest tat-Tabib Adrian Vella. Jgħid li wara informazzjoni li tahom it-tabib, l-investigaturi riedu jkellmu lil Keith Schembri

10:40 L-eks Chief of Staff tal-eks Prim Ministru ta tlett stqarrijiet lill-Pulizija waqt li kien arrestat

10:38 Schembri ngħata l-police bail sal-għada 28 ta’ Novembru meta reġa’ nġabar filgħodu

10:35 Arnaud jgħid li l-ewwel arrest sar fit-26 ta’ Novembru fis-7.00am u Schembri dam arrestat sa l-għada f’nofsillejl, jew kwazi 40 siegħa

10:32 Arnaud jixhed li l-eks Chief of Staff ta’ Joseph Muscat, Keith Schembri, kien arrestat darbtejn

10:28 L-Avukat Mercieca jiġbed l-attenzjoni lill-Qorti li l-Ispettur qed jikteb xi noti. Il-Qorti tgħid li ma rat xejn

10:25 Il-Maġistrat tordna lil Arnaud biex ma jsemmix l-ismijiet tal-persuni fit-tim

10:23 Charles Mercieca jistaqsi min mit-tim kien jitkellem mal-Europol, b’Arnaud jgħid li ma jistax jagħti isem wieħed għax ġeneralment min kien imissur xogħol kien jitkellem la-aġenzija Ewropea skont il-bżonn

10:18 Mercieca jistaqsi lill-Ispettur kemm hemm nies fit-tim investigattiv. Arnaud jgħid li hemm 15-il persuna, u erba’ persuni fl-uffiċju

10:11 Il-Maġistrat Rachel Montebello tidħol fl-awla. L-ewwel ma jitla’ fuq il-pedana tax-xhieda hu Keith Arnaud. Jibda l-kontro eżami l-Avukat Charles Mercieca li qed jidher għal Yorgen Fenech