It-tennista Amerikana Naomi Osaka rtirat mill-Open Southern & Western bħala sens ta’ protesta wara l-qtil taż-żagħżugħ Jacob Blake mill-pulizija Amrikana nhar il-Ħadd li għadda f’Kenosha Wisconsin fl-Istati Uniti.
Osaka f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali tagħha qalet li bħala mara b’kulur tal-ġilda skur, tħoss li hemm deċiżjonijiet aktar importanti x’jiġu diskussi u jittieħdu mit-tennis bħalissa u qed tittama li jkun hemm diskussjoni serja fl-isport dwar dan is-suġġett.
Il-ġest ta’ Osaka isegwi d-deċiżjoni tal-NBA u l-MLS li pposponew numru ta’ partiti. L-NBA ħadet id-deċiżjoni li tipposponi tliet partiti mill-play off filwaqt li l-MLS ħassret ħames minn sitt partiti skedati fi tmiem il-ġimgħa.
L-organizzaturi tal-Open Southern & Western qalu li l-partiti kollha li kellhom isiru llum ġew posposti bħala sens ta’ protest għall-inġustizzja razzjali.
//= $special ?>