Lokali

NIŻVELAW: It-tieni suspettat hu Viktor Dragomanski

L-arrest tar-raġel mill-Maċedonja kien żvelat b'mod esklussiv minn dan is-sit f'nofs il-lejl li għadda

Jismu Viktor Dragomanski r-raġel li ġie arrestat mill-Pulizija b’rabta mad-delitt doppju li seħħ il-ġimgħa li għaddiet f’Tas-Sliema. Għalkemm Dragomanski mhuwiex isem ġdid għall-Pulizija, sallum qatt ma kien hemm każi diretti fil-konfront tiegħu.

Kif żvela dan is-sit b’mod esklussiv, Dragomanski ġie arrestat fil-Gżira tard bil-lejl wara ħidma intensiva mill-Pulizija.

Minn riċerka li għamel Net News, Dragomanski hu persuna iffissat fil-gym u l-eżerċizzju fiżiku.

Ir-raġel mill-Maċedonja għadu qed jiġi interrogat mill-Pulizija fid-Depot.

Ritratt: Foursquare