Il-midfielder ta’ Manchester United Paul Pogba rriżulta pożittiv għall-coronavirus u mhux se jkun qiegħed fl-iskwadra tat-tim Franċiż għall-partiti li Franza jmisshom min-Nations League kontra l-Iżvezja u l-Kroazja.
Din l-aħbar kienet ikkonfermata mill-kowċ ta’ Franza Didier Deschamps fejn ikkonferma wkoll li l-midfielder ta’ Tottenham Hotspur Tanguy Ndombele huwa wkoll pożittiv għall-coronavirus.
Fl-aħħar jiem in-numru ta każijiet pożittivi madwar l-Ewropa kompla jiżdied u issa jidher li numru ta’ plejers qed jirriżultaw pożittivi wara li bdew jirritornaw mill-vaganzi tagħhom.
//= $special ?>