Lokali

“Robert Abela m’għandux jaħsel idejh” – Repubblika

“Ix-xhieda mismugħa fil-Qorti llum kompliet tressaq l-assissinju ta’ Daphne Caruna Galizia lejn Kastilja u lejn il-qalba tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.”

Qalet dan l-Għaqda Mhux Governattiva, Repubblika fejn kompliet tgħid li l-allegazzjonijiet li hemm fil-konfront ta’ Joseph Muscat u Keith Schembri huma tal-‘waħx’.

Repubblika qed tqis li l-Prim Ministru Robert Abela ma jistax iġib ruħu bħal Pilatu u jaħsel idejh. U b’hekk, permezz ta’ dan qed jitolbu biex minnufih iwarrab lil Muscat mis-siġġu parlamentari li għadu qed jokkupa.

Barra minn dan, Repubblika turi t-tħassib tagħha li donnu hawn elementi fl-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna li jridu jipproteġu lil Joseph Muscat u lil Keith Schmebri filwaqt li jħeġġu lil Robert Abela biex jerfa’ r-responsabbilità tiegħu ta’ Prim Ministru.