Futbol Sport

Valletta jsofru telfa minima kontra Bala Town

(Ritratt: vallettafc.net)

Valletta…………………………….0

Bala Town………………………..1

Fis-Centenary Stadium, kontra kull mistenni Valletta sfaw eliminati minn Bala Town biex b’hekk irnexxielhom jikkwalifkaw għat-tieni rawnd għall-ewwel darba fl-istorja tal-klabb .Fl-ewwel 40 minuta, l-logħob kien maqsum bejn iż-żewġ timijiet u ftit li xejn ħolqu azzjonijiet perikolużi. Bala Town fetħu l-iskor fit-38 minuta meta minn cross minn fuq ix-xellug kien il-captain CHRIS VENABLES li kkonkluda wara Bonello bir-ras. Żewġ minuti wara Valletta resqu qrib li jġibu l-gowl tad-draw minn corner tajjeb ta’ Miguel Alba, kien Jonathan Caruana li għola waħda bir-ras iżda naqas milli jinkwadra l-lasta. Valletta komplew jippersistu u minn cross ta’ Rowen Muscat kien Jean Borg li ra d-daqqa’ ta’ ras tiegħu tiġi devjata għall-corner.

Fit-tieni taqsima, Valletta ħarġu aħjar u mas-siegħa logħob ingħataw penalty meta Antony Kay waqqa’ lil Shaun Dimech fil-kaxxa. Mario Fontanella nkariga ruħu mill-penalty fejn l-gowlkiper Ramsay isalva. Valetta komplew jitfgħu l-pressjoni fuq id-difiża u l-lasti ta’ Bala Town, bit-tim minn Wales jagħraf jikkontrolla u jopera bil-kontra attack.Valleta resqu viċin li jġibu d-draw fil-91 minuta meta minn azzjoni tajba ta’ Marukawa, Taylon naqas milli jagħmel kuntatt mal-ballun minn poiżizzjoni komda.

Valletta: Bonello, Caruana, Santiago, Piciollo (Taylon), Dimech (Marukawa), Borg, Pena, Muscat, Alba (Nwoko), Jovanovic, Fontanella

Bala Town: Ramsay, Smith, Stephens, Spittle, Evans, Correia (Jones), Leslie (Smith), Kay, Mendes, Venables, Shannon