Lokali

Żagħżugħ jispiċċa f’diffikultà waqt li kien qed jgħum f’pixxina

Ritratt mill-arkivji

Żagħżugħ Niġerjan ta’ 21 sena kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li spiċċa f’diffikultà waqt li kien qiegħed jgħum f’pixxina fil-Qawra.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7 tal-Ħamis filgħaxija f’lukanda fi Triq il-Qawra meta mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-vittma qabeż jgħum fil-pixxina u kien hawnhekk li għal xi raġuni spiċċa f’diffikultà.

Filwaqt li l-barrani ngħata l-ewwel għajnuna li kien hemm preżenti fil-post, immedjatament ġie msejjaħ tim mediku bl-ambulanza li ħa lir-raġel l-isptar għal aktar kura.