Futbol Sport

Zlatan Ibrahimovic iġedded l-esperjenza tiegħu f’Milan

(Ritratt : EPA)

L-attakkant Żvediż Zaltan Ibrahimovic, ġedded il-kuntratt tiegħu b’ sena oħra ma’ Milan fis-Serie A.

Ibrahimovic kien strumentali għal Milan dan l-istaġun u rnexxielu jgħinhom jiksbu post fl-Europa League. Hu ssieħeb ma’ Milan f’ Jannar li għadda wara esperjenza fl-Istati Uniti ma’ La Galxy. L-Iżvediż ta’ 38 sena minn Jannar rnexxielu jiskorja 10 gowls fi 18 -il partita.

Fil-passat, hu lagħab ma’ bosta timijiet fl-Ewropa fejn matul is-snin bena reputazzjoni bħala attakkant prolifiku.