Internazzjonali

Covid-19: Angela Merkel twissi li l-affarijiet jistgħu jsiru agħar…

Il-Kanċillier tal-Ġermanja, Angela Merkel, wissiet li s-sitwazzjoni tal-coronavirus tista’ timponi jerġa’ aktar sfidi għal matul ix-xhur li ġejjin – u ladarba x-xitwa qed tavviċina.

Meta tkellmet waqt il-konferenza tal-aħbarijiet annwali tagħha, Merkel spjegat li ‘ċerti affarijiet – fid-dawl ta’ din il-kriżi – probabbilment ikunu aktar diffiċli milli jistgħu jkunu matul is-sajf’.

Hi kompliet li fis-sajf, in-nies jistgħu jgawdu aktar l-arja fuq barra waqt li jiffrankaw il-partiċelli tal-virus li jaħsbu li kapaċi jinfirxu fl-ajru – speċjalment fiz-zoni fuq ġewwa fejn ma jkunx hemm sistemi tajbin ta’ ventilazzjoni.

It-twissija ngħatat waqt li l-uffiċjali Ġermaniżi qegħdin iħeġġu biex iċ-ċittadini ma jivvjaġġawx lejn pajjiżi u reġjuni meqjusa bħala ‘high risk’ ( jiġifieri fejn l-element ta’ theddida mill-virus huwa għoli).

Fl-aħħar ġimgħat, l-infezzjonijiet bil-Covid-19 qabdu sew fil-Ġermanja, l-istess bħal fil-każ ta’ diversi pajjiżi oħra, għalkemm dan il-pajjiż mhux affettwat ħażin daqs Spanja jew Franza.

L-awtoritajiet fil-Ġermanja, fl-istess ħin, estendew il-projbizzjoni għall-avvenimenti tal-massa (għall-pubbliku) sal-aħħar tas-sena.

Dan meta l-parti kbira tal-Istati Ġermaniżi qablu biex jintroduċu multa ta’ 50 ewro għall-persuni li ma jilbsux il-maskri fil-postijiet fejn il-maskri huma mandatorji.