Internazzjonali

Covid-19: L-Ewropa tissikka l-miżuri u r-restrizzjonijiet

Il-pajjiżi madwar l-Ewropa tal-Punent qed iħabbru aktar regoli iebsin u restrittivi huma u u jippruvaw jikkontrollaw il-firxa tal-Covid-19 – u bl-infezzjonijiet qed jiżdiedu.

Fi Franza, id-direttiva biex in-nies jilbsu l-maskri tal-wiċċ ġiet estiża madwar Pariġi. Dan meta l-pajjiż, nhar il-Ħamis, irrapporta l-akbar total ta’ infezzjonijiet ġodda bil-Covid-19 għal ġurnata waħda mill-aħħar ta’ Marzu.

Filwaqt li Franza qed twettaq testijiet b’rata ħafna akbar minn tal-aħħar tax-xitwa, l-uffiċjali jammettu li t-testijiet mhumiex ‘spjegazzjoni’ għaż-żieda qawwija tal-infezzjonijiet ( fil-pajjiż) f’dawn l-aħħar ġimgħat.

Il-Prim Ministru Franċiż. Jean Catex, qal li ‘qegħdin jaraw qawmien mill-ġdid tal-epidemija’. Dan wara li l-ammont taz-‘zoni ħomor’ – li fihom il-virus qed jiċċirkola b’mod attiv – fl-aħħar sigħat qabżu minn tnejn għal 21.

Fi Spanja, it-tfal minn sitt snin ‘il fuq qed ikunu kostretti li jgħattu ħalqhom u mneħirhom fl-iskejjel. Dan meta l-infezzjonijiet fil-pajjiż ħadu spinta f’Madrid u fir-reġjuni ta’ Katalonja u tal-Baski. L-awtoritajiet fil-Gżejjer Kanarji issa anki qed jesiġu għall-ilbies bilfors tal-maskri fuq il-postijiet tax-xogħol.

L-Ukrajna għalqet il-fruntieri tagħha għall-viżitaturi barranin f’tentattiv biex tikkontrolla l-firxa tal-Covid-19. Dan meta l-pajjiż irrapporta mal-2,440 każ ta’ infezzjoni f’artu fi żmien 24 siegħa u li hu rekord.

L-istudenti ta’ età sekondarja se jkollhom jilbsu l-maskri fil-kurituri tal-iskejjel fiz-zoni tal-Ingilterra fejn qed ikun implimentat lockdown. Dan qed isir wara li l-Gvern Britanniku irreveda l-linji gwida għal waqt il-pandemija.

Ir-Renju Unit, fl-aħħar sigħat, irreġistra l-ogħla qabża fil-każi tal-coronavirus minn Ġunju – b’1,522 oħra jittestjaw pożittiv f’perjodu ta’ 24 siegħa u li juri li ż-żieda tal-każi fil-pajjiż qed tkun regolari u konsistenti