Lokali

AĠĠORNATA: Dragomanski jwieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih

Viktor Dragomanski prova jaħrab mit-tieqa tal-lukanda

Viktor Dragomanski ta’ 36 sena li joqgħod Tas-Sliema wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

Fl-awla quddiem il-Maġistrat Victor Axiaq, l-Ispettur tal-Pulizija qal li arrestaw lil Dragomanski wara li rċievew iktar informazzjoni mis-CCTV camers. Il-persuna fil-filmati jidher li kien Dragomanski.

Dragomanski prova jaħrab mit-tieqa tal-lukanda fejn kien qed joqgħod hekk kif il-Pulizija marret biex tarrestah.

Il-Qorti ordnat li l-akkużat għandu jinżamm taħt il-kustodja tal-Pulizija.

L-avukat Robert Bonello qed tidher bħala parte civile.

Aktar kmieni

It-tieni suspettat fil-qtil doppju ta’ Tas-Sliema, Viktor Dragomanski, mistenni jitressaq il-Qorti aktar tard illum wara li ġie arrestat mill-Pulizija fil-Gżira. Għalkemm Dragomanski mhuwiex isem ġdid għall-Pulizija, sallum qatt ma kien hemm każi diretti fil-konfront tiegħu.

Kif kien żvela dan is-sit b’mod esklussiv, Dragomanski ġie arrestat fil-Gżira tard bil-lejl wara ħidma intensiva mill-Pulizija.

Minn riċerka li għamel Net News, Dragomanski hu persuna iffissat fil-gym u l-eżerċizzju fiżiku.

Ir-raġel mill-Maċedonja ġie interrogat għal sigħat twal mill-Pulizija fid-Depot.