Lokali

It-tielet suspettat ħarab lejn Spanja

Il-Pulizija urtati għall-fatt li kienu waslu qrib, u xorta irnexxielu jaħrab

It-tielet raġel li allegatament kien involut fil-qtil doppju f’Tas-Sliema, irnexxielu jaħrab minn Malta b’titjira lejn Barcellona.

Net News jista’ jiżvela li t-tielet suspettat hu barrani, iżda mhuwiex mir-reġjun tal-Balkani.

B’rabta ma’ dan il-qtil diġa’ ġew arrestati u interrogati l-Albaniż Daniel Muka u Viktor Dragomanski, li hu mill-Maċedonja ta’ Fuq.

Sorsi mid-Depot li tkellmu ma’ dan is-sit qalulna li għadhom ma jistgħux jifhmu kif it-tielet raġel irnexxielu jaħrab mill-ajruport. Aktar u aktar meta uffiċjali fl-ajruport kellhom f’idejhom ir-ritratt ta’ dan is-suspettat – li issa jinsab fi Spanja, bil-possibbiltà ta’ moviment liberu fil-bqija tal-Ewropa.