Ċifri uffiċjali maħruġa mill-NSO juru li l-iżbilanċ tal-Gvern fl-ewwel 7 xhur tas-sena kien jammonta għal €1,052 miljun. Dan ifisser żieda qawwija ta’ €926 miljun meta mqabbel fuq l-istess perijodu tas-sena li għaddiet.
Din id-daqqa enormi fuq l-ekonomija hi riżultat tal-pandemija u l-effett li ħalliet il-Covid-19 fuq is-suq tax-xogħol u l-industriji varji.
Dan ix-xenarju se jkun qed jaffetwa mhux ftit it-tfassil tal-Budget għas-sena 2021; Budget li suppost diġa’ beda jitħejja mill-Kabinett ta’ Robert Abela, għalkemm s’issa b’mod uffiċjali għadna ma smajna bl-ebda konsultazzjoni mal-MCESD fuq il-Budget b’mod speċifiku.
F’Lulju li għadda, id-dejn tal-Gvern kien fil-livell ta’ €6,624.2 miljun – żieda ta’ €1,173 miljun fuq is-sena li għaddiet.
//= $special ?>