Bħalissa f’Ħal Tarxien fl-akwati magħrufa Tal-Barrani qed ikompli l-massakru tas-siġar li ilhom hemmek għal ħafna snin. Dan qed jiġri minkejja li l-Kunsill Lokali kien wiegħed lir-residenti li dan ma kienx se jsir.
Sorsi li tkellmu ma dan l-istazzjoni saħqu li l-ordni biex jitqaċċtu dawn is-siġar ħareġ minn Transport Malta.
It-tqaċċit tas-siġar madwar Malta kien suġġett għal kontroversja kbira fil-konfront tal-Gvern u tal-Ministru Ian Borg fejn saħansittra anke saru numru ta’ protesti biex is-siġar ikunu protetti u mhux imqaċċta. Jidher li din l-għajta qed tibqa’ taqa’ fuq widnejn torox.
//= $special ?>