Lokali

Il-Kummissjoni Kandidati m’hi se toħroġ ebda dikjarazzjoni dwar iż-żewġ kandidati

B’referenza għal diversi rapporti li dehru fuq il-midja, il-Kummissjoni Kandidati tixtieq tagħmilha ċara li la l-bord tad-diliġenza dovuta u lanqas il-Kummissjoni Kandidati m’huma se joħorġu dikjarazzjoni dwar jekk iż-żewġ kontestanti għat-tmexxija ssodisfawx il-kriterji minimi biex ikunu eliġibbli li jikkontestaw. Ladarba r-rapport ta’ diliġenza dovuta jiġi konkluż, dan jiġi mgħoddi lill-Kunsill Amministrattiv u lill-Kummissjoni Elettorali.

Fi stqarrija maħruġa miċ-Chairman tal-Kummissjoni Kandidati tal-PN Colin Bowman, intqal li l-Kummissjoni Elettorali għandha tlett ijiem biex tiftaħ is-sejħa għan-nominazzjonijiet.

L-iskop kollu huwa li l-Kummissjoni Elettorali u l-Kunsill Amministrattiv ikunu provduti bl-informazzjoni kollha dwar iż-żewġ persuni li esprimew interess f’din il-karija, li mbagħad jiġi kkomunikat lill-membri tal-partit.