Futbol Sport

Il-plejers imsejħa mat-tim nazzjonali għall-UEFA Nations League

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia sejjaħ 25 plejer għal-logħob tal-UEFA Nations League kontra il-Gżejjer Faroe u l-Latvja. L-ewwel logħba se tkun fil-Gżejjer Faroe fit-3 ta’ Settembru filwaqt li l-partita l-oħra se tkun fis-6 ta’ Settembru f’pajjiżna, bil-logħob kollha bil-bibien magħluqa.

Mangia sejjaħ diversi plejers ġodda għall-ewwel darba, fosthom talenti żgħar bħal l-attakkant ta’ Birkirkara Paul Mbong, il-midfielder ta’ Valletta Shaun Dimech u id-difensur taż-Żejtun Neil Tabone.

Il-plejers li riċentament irċievew iċ-ċittadinanza huma wkoll inklużi fil-lista; id-difensur ta’ Birkirkara Enrico Pepe u l-midfielder Teddy Teuma li jilgħab mat-tim Belġjan Royale Union Saint-Gilloise.

L-attakkant Luke Gambin u l-midfielder Rowen Muscat li jilgħabu ma’ Colchester United u Valletta rispettivament irritornaw lura fl-iskwadra, kif ukoll Juan Corbalan ta’ Ħamrun.

Dawn il-partiti se jkun l-ewwel impenji għat-tim nazzjonali minn Novembru, minħabba li l-logħob f’Marzu u f’Ġunju kienu kkanċellati minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Din se tkun ukoll l-ewwel logħba taħt it-tmexxija ta’ Mangia, peress li l-logħob ta’ ħbiberija kienu kkanċellati wkoll.

Mangia jrid inaqqas żewġ plejers oħra qabel it-tim jerħila għall-Gżejjer Faroe nhar it-Tlieta 1 ta’ Settembru.

Il-25 plejer imsejjaħ mat-tim nazzjonali

Gowlkipers
Henry Bonello (Valletta); Matthew Calleja Cremona (Hibernians); Jake Galea (Sliema Wanderers).

Difensuri
Andrei Agius (Hibernians); Jean Borg (Valletta); Steve Borg (Gżira United); Zach Muscat (No Club); Enrico Pepe (Birkirkara)

Midfielders
Cain Attard (Birkirkara); Ryan Camenzuli (Floriana); Triston Caruana (Valletta); Juan Corbalan (Ħamrun Spartans); Jake Grech (Hibernians); Matthew Guillaumier (Birkirkara); Joseph Mbong (Ħamrun Spartans); Rowen Muscat (Valletta); Steven Pisani (Balzan); Neil Tabone (Żejtun Corinthians); Teddy Teuma (Royale Union Saint-Gilloise – Belgium).

Attakkanti
Myles Beerman (Hibernians); Jurgen Degabriele (Hibernians); Shaun Dimech (Valletta); Luke Gambin (Colchester United – England); Paul Mbong (Birkirkara); Kyrian Nwoko (Valletta).