Rapporti internazzjonali qed jgħidu li llum il-Prim Ministru Ġappuniż Shinzo Abe, se jkun qed iħabbar ir-riżenja tiegħu.
Dan tħabbar mill-midja Ġappuniża li qalet li din ir-riżenja ġejja qalb tħassib dwar is-saħħa tiegħu hekk kif kellu żewġ żjarat l-isptar fi żmien ġimgħa.
It-terminu ta’ Abe kien mistenni jintemm f’Settembru tal-2021, jiġifieri kien għad fadallu jservi sena. Uffiċjali tal-Partit Liberali Demokratiku (LDP) li bħalissa huwa l-Partit li qed jiggverna sa issa pprova jżomm din l-aħbar mistura, imma kollox qed jindika li saħħet l-PM Ġappuniż kompliet sejra lura u allura kellha tittieħed din id-deċizjoni.
L-istess rapporti qed jgħidu li d-Deputat Prim Ministru, Taro Aso, se jkun qed jieħu post Abe bħala Aġent Prim Ministru madankollu kollox qed jindika li se jkun hemm battalja għat-tmexxija fi ħdan il-partit.
//= $special ?>